Ħarsa ġenerali
B’aktar inizjattivi fil-GISAP - Gozo Indoor Sports & Aquatic Pavilion, din l-iskema tiżgura li l-anzjani wkoll igawdu minn dan l-investiment sportiv f’Għawdex. L-anzjani Għawdxin se jkollhom aktar opportunitajiet biex jibqgħu attivi, jgħixu stil ta’ ħajja aktar b’saħħtu u jkomplu jkunu parti attiva mill-komunità, permezz ta’ sessjonijiet ta’ attività fiżika u programmi sportivi mfassla apposta għalihom.
X’ser tingħata
Aċċess għal sessjonijiet ta’ attività fiżika u programmi sportivi mfassla apposta għall-anzjani fiċ-Ċentru tal-GISAP.
Eliġibbiltà
Eliġibbiltà
Anzjani / Residenti Għawdxin.
L-applikanti jrid ikollhom eID validu / Karta tal-Identità Maltija (għall-applikazzjoni online) jew dokument ta' identifikazzjoni validu (għall-applikazzjoni fil-Hub).
Formola tal-applikazzjoni mimlija u sottomessa permezz ta' “servizz.gov.mt” jew mill-Hub ta' servizz.gov.
Reġistrazzjoni miftuħa / Skond il-kalendarju tas-sessjonijiet fil-Padiljun jew fiċ-Ċentri tal- Anzjanita' Attiva.
Telefon: 22156620
Imejl: elderly.mfg@gov.mt
Kif tapplika
Dawk interessati jistgħu japplikaw permezz tal-eID fuq “servizz.gov.mt” jew mill-Hub ta’ servizz.gov fi Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Valutazzjoni u Reviżjoni
2 ijiem
Reviżjoni tal-Eliġibbiltà
2 ijiem
Approvazzjoni
Ġurnata