Prenotazzjoni ta’ Faċilità tal-GISAP

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ħamis 05 Novembru 2026

Ħarsa ġenerali

Dan is-servizz jippermetti lill-utenti jibbukkjaw online il-faċilitajiet sportivi u rikreattivi disponibbli fil-Gozo Indoor Sports and Aquatic Pavilion (GISAP) permezz tas-sit elettroniku tal-GISAP. L-utenti jistgħu jagħżlu l-faċilità, id-data, il-ħin u t-tul meħtieġ u jlestu l-prenotazzjoni billi jagħmlu l-ħlas online applikabbli.

X’ser​ tingħata

Wara li jsir il-ħlas b’suċċess, il-prenotazzjoni tal-faċilità tiġi kkonfermata u l-utent jirċievi email bl-informazzjoni tal-prenotazzjoni u l-kodiċi QR marbut mal-prenotazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Sabiex jagħmlu prenotazzjoni online ta’ faċilità, l-utenti għandhom jidħlu fis-sit elettroniku tal-GISAP permezz tal-e-ID jew ta’ kont soċjali.

 

Matul il-proċess tal-prenotazzjoni, l-utenti huma meħtieġa:

 

  • Jagħżlu l-faċilità meħtieġa;

  • Jagħżlu d-data u l-ħin tal-bidu tal-prenotazzjoni;

  • Jagħżlu t-tul tal-prenotazzjoni;

  • Jispeċifikaw in-numru ta’ persuni li se jattendu;

  • Jivverifikaw id-dettalji personali tagħhom;

  • Jagħżlu l-kategorija applikabbli tal-utent, fejn meħtieġ;

  • Jaċċettaw it-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-GISAP.

 

Ċerti faċilitajiet u kategoriji ta’ utenti huma soġġetti għal kundizzjonijiet u restrizzjonijiet speċifiċi tal-prenotazzjoni.

Kif tapplika​

  1. Żur is-sit elettroniku tal-GISAP u idħol permezz tal-e-ID jew ta’ kont soċjali.

  2. Agħżel Book Now u agħżel il-faċilità meħtieġa.

  3. Agħżel Make Reservation.

  4. Daħħal id-dettalji meħtieġa tal-prenotazzjoni, inklużi d-data, il-ħin tal-bidu, it-tul u n-numru ta’ persuni li se jattendu.

  5. Ivverifika d-dettalji personali.

  6. Agħżel il-kategorija xierqa tal-utent, fejn applikabbli, u aċċetta t-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-GISAP.

  7. Żid il-prenotazzjoni mal-basket tax-xiri.

  8. Kompli għall-checkout u lesti l-ħlas online.

 

Wara li jsir il-ħlas b’suċċess, il-prenotazzjoni tiġi kkonfermata u d-dettalji tagħha jintbagħtu permezz tal-email.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta' Applikazzjoni

Approvazzjoni ta' Applikazzjoni

Ġurnata

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Applika