Ħarsa ġenerali
L-għan ta’ din l-iskema huwa biex tipprovdi sussidju biex tgħin ċerti inkwilini/ċenswalisti jeliminaw strutturi perikoluzi fir-residenza tagħhom mikrija jew mogħtija lilhom b’ ċens mill-privat qabel l-1 ta’ Ġunju 1995.
X’ser tingħata
L-għajnuna ta’ flus għal xogħlijiet taħt din l-iskema ma għandhiex teċċedi lispiza totali u raġonevoli tax-xogħlijiet li għandhom isiru bl-approvazzjoni tal-Awtorità u f’kull każ ma għandhiex teċċedi s-somma ta’ €10,000.
Kull pagament isir wara li l-applikanti jagħmlu huma stess x-xogħol kollu u jkunu preżentati riċevuti fiskali tax-xogħol li sar. Il-pagament jingħata lill-applikanti fil-preżenza tal-kuntrattur li jkun għamel ix-xogħol.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
10 ijiem
Provvista tas-Servizz
6 xhur