Ħarsa ġenerali
Mill-1 ta’ Jannar 2020, kuntratti tal-kiri għal skop residenzjali primarju għandhom jiġu rreġistrati mal-Awtorità tad-Djar mis-sid fi żmien 10 ijiem mill-bidu tal-kirja.
X’ser tingħata
Il-kuntratti kollha ta’ kirjiet residenzjali privati magħmula wara li tidħol fis-seħħ il-liġi fl-1 ta’ Jannar 2020, għandhom isiru bil-miktub u għandhom jinkludu dawn r-rekwiżiti:
- Il-fond li ser jinkera
- L-użu miftiehem
- Iż-żmien li għalih il-fond ikun ser jinkera
- Jekk il-kirja tistax tiġġedded u kif
- L-ammont ta’ kera u kif din għandha titħallas
- Kwalunkwe ammont iddepożitat mill-kerrej bħala garanzija li josserva l-obbligi tiegħu
- Inventarju li juri l-kundizzjoni tal-fond, kif ukoll l-istat tal-għamara u apparat domestiku li jkun provdut minn sid il-kera
Eliġibbiltà
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kif tapplika
L-Att dwar il-Kirjiet Residenzjali (Kap. 604.), japplika biss għal kuntratti tal-kiri għal skop residenzjali primarju li saru wara l-1 ta’ Ġunju, 1995. Kirjiet residenzjali li saru wara l-1 ta’ Ġunju 1995, imma qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att u li xorta jibqgħu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021, kemm jekk fit-terminu oriġinali jew imġedded, għandhom jiġu rreġistrati sal-1 ta’ Jannar 2021.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahrejn
Provvista tas-Servizz
136 jum