Ħarsa ġenerali
L-iSkema ta’ Fondi għal Avvenimenti Kulturali f’Għawdex hija miżura tal-Ministeru għal Għawdex għal attivitajiet kreattivi u artistiċi mmexxija mill-komunità f’Għawdex. Hija tipprovdi l-opportunità għall-iżvilupp ta' proġetti artistiċi mmexxija mill-komunità għall-komunità, filwaqt li tiċċelebra d-diversità kulturali. Il-fond qed ifittex li jikkofinanzja proġetti li jinkoraġġixxu parteċipazzjoni kulturali, jippromwovu t-talent lokali u jagħti spinta lill-espressjoni kreattiva tal-komunità jew l-apprezzament tal-identità tagħha.
X’ser tingħata
Finanzjament biex ikopri spejjeż li joħorġu strettament mill-organizzazzjoni tal-avveniment propost.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Dan is-servizz jista' jiġi aċċessat ukoll permezz tal-mowbajl app myGozo li tista' titniżżel mill-Play Store jew App Store.
Dan is-servizz jista' jiġi aċċessat ukoll permezz tal-mowbajl app myGozo li tista' titniżżel mill-Play Store jew App Store.
Applikant jista' jkun:
organizzazzjoni volontarja; jew
individwu indipendenti jew grupp ta' individwi; jew
entitajiet; jew
kunsilli lokali li jixtiequ jippreżentaw avveniment kulturali.
Fil-każijiet kollha (indikati hawn fuq), irid ikun hemm persuna ewlenija li tkun awtorizzata biex tirrappreżenta lill-organizzaturi. Din il-persuna trid tkun ċittadin Malti li jkollu indirizz permanenti f'Għawdex.
Kronoloġija
Sottumissjoni tal Applikazzjoni
Ġurnata
Ivverifikar ta' applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni tal- applikazzjoni
Jumejn
Kunsinna ta' servizz
Ġurnata