Ħarsa ġenerali
Il-Ministeru għall-Edukazzjon, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjomni għal darb’oħra qiegħed jassisti dawk l-istudenti eliġibbli għall-istipendju li jagħżlu li jkomplu jistudjaw wara li jkunu temmew l-istudji tagħhom fl-iskola sekondarja, billi jagħtihom aċċess għall-internet b’xejn, għal sena sħiħa.
X’ser tingħata
Vawċer għal sena internet b’xejn għal valur tat’€300
Eliġibbiltà
Għal din l-iskema huma eliġġibli dawk l-istudenti li spiċċaw l-edukazzjoni obblikatorja tagħhom, jiġifieri Year 11/ Form 5 fis-sena skolastika 2023-2024 u immedjatament komplew jistudjaw fil-livel Post Sekondarju, l-MCAST jew l-ITS matul din is-sena akkademika 2024-2025 u li huma eliġibli għall-istipendju.
NB: Studenti li spiċċaw l-edukazzjoni obligatorja tagħhom f’April 2025 mhumiex intittolati għal vawċer din is-sena minħabba li għadhom mhumiex elelġibbli għall-istipendju imma jkunu eliġibbli għal vawċer is-sena d-dieħla jiġifieri fl-2026.
Kif tapplika
L-istudenti ma jridux japplikaw għal din l-iskema għas-sempliċi raġuni li it-Taqsima għal Għotjiet ta’ Manteniment lill-istudent taf min huma l-istudenti li huma intitolati għal vawċers għax ikunu diġa qed jirċevu l-istipendju. Pero`, fid-19 ta’ Ġunju 2025, l-istudenti li huma eliġibbli għal vawċer irċevew ħolqa/link li jridu jaċċessaw biex jimlew formola u jindikaw il-fornitur tal-internet tal-preferenza tagħhom. Importanti li jimlew din il-formola sa nhar il-Ħadd, 13 ta’ Lulju, 2025 u jissottomettu l-formola. Il-formola tagħlaq awtomatikament f’nofsillejl.
L-istudenti iridu jimlew u jissottomettu l-formola sa nhar il-Ħadd, 13 ta’ Lulju 2025. Wara jirċevu l-vawċer għal valur tal-€300 internet b’xejn għal sena. L-istudenti imbghad għandhom sa nhar it-Tlieta, 30 ta’ Settembru 2025 biex isarfu l-vawċer. Ma jkunu jistgħu jissarfu aktar vawċers wara din id-data.