Ħlas Volontarju ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2 (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 07 Lulju 2026

Ħarsa ġenerali

Il-Ħlas Volontarju tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2 jsir sabiex ikun evitat li jkun hemm nuqqasijiet fil-lista tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

 

Irid ikun innotat li ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma jistgħux iħallsu kontribuzzjonijiet volontarji f’Malta, peress li l-permess ta’ residenza tagħhom huwa dipendenti fuq li jkunu impjegati b’mod produttiv f’Malta. Għaldaqstant, ċittadini ta’ pajjiżi terzi m’humiex eliġibbli biex iħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali volontarji Klassi 2 f’Malta, u l-unika għażla disponibbli biex jitħallsu kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali f’Malta hija permezz ta’ impjieg attiv tagħhom.

X’ser​ tingħata

Permezz ta’ dan il-pagament ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, persuna ssaħħaħ il-lista tal-kontribuzzjonijiet tagħha u għalhekk l-eliġibbiltà tiegħu / tagħha għal Pensjoni Kontributorja tas-sigurtà soċjali.

 

L-applikanti għandhom jindikaw il-perjodu ta’ assigurazzjoni tas-Sigurtà Soċjali li qed jintalab biex ikun kopert b’din l-applikazzjoni, li ma jistax ikun aktar kmieni minn ħames (5) snin mid-data tas-sottomessjoni tal-applikazzjoni, u sa tmiem is-sena kurrenti tal-applikazzjoni.

 

L-applikanti jistgħu jagħżlu li jħallsu kontribuzzjonijiet volontarji tal-Klassi 2, sakemm ikunu konformi mal-kriterji ta’ eliġibbiltà t’hawn taħt u jħallsu kontribuuzzjonijiet skont ir-rati applikabbli tal-Klassi 2 li jkunu kkalkulati fuq id-dħul gross passiv tas-sena preċedenti. Għaldaqstant, jekk id-dħul passiv jaqbeż il-limitu marbut mar-rata tal-Klassi 2 SA (li għas-sena 2026 bħalissa huwa €12,543.72), jistgħu jkunu dovuti r-rati tal-Klassi 2 SB jew anke SC, skont il-valur tad-dħul passiv iddikjarat mal-Kummissjoni tat-Taxxi għas-sena preċedenti.

Eliġibbiltà​​

Dawn li ġejjin huma eliġibbli biex iħallsu kontribuzzjonijiet volontarji tal-Klassi 2 ibbażati fuq id-dħul passiv, li jista’ jinkludi kirjiet, imgħaxijiet u dividendi/investimenti. Applikanti li ma jaqgħux taħt xi wieħed mill-kriterji ta’ eliġibbiltà t’hawn taħt ma jistgħux iħallsu pagamenti volontarji għall-kontribuzzjonijiet tal-Klassi 2.

 

  • L-applikanti jridu jkunu persuni waħedhom u mhux miżżewġa, li m’għandhomx qligħ minn xogħol, jew

     

  • L-applikanti jkunu persuni waħedhom jew persuni miżżewġa, u jkollhom dħul passiv li jkun ġej minn kirjiet, jew imgħaxijiet, jew dividends, matul il-perjodu/i ta’ assigurabilità, maħsuba biex ikunu koperti mill-applikazzjoni, u jkunu diġa jħallsu Kontribuzzjonijiet tal-Klassi 2 sal-5 ta' Jannar, 2004;  jew

 

  • L-applikanti jkunu persuni waħedhom jew persuni miżżewġa , ikunu ibbenefikaw minn Skema tal-Irtirar Kmieni jew Volontarja (ERS/VRS), kif approvat mill-Gvern ta' Malta.

 

Dokumentazzjoni meħtieġa

 

  • F'każ li l-applikant/a ibbenefika/t minn Skema tal-Irtirar Kmieni jew Volontarja (ERS/VRS), kopja tal-ftehim (ERS/VRS) irid jiġi mehmuż mal-applikazzjoni. 

     

  • Għal dawk li huma eliġibbli biex iħallsu kontribuzzjonijiet volontarji fuq dħul passiv (kera, interessi u dividendi), l-istatements tal-qligħ relatat miksub fis-sena kalendarja preċedenti għandhom jiġu mehmuża mal-applikazzjoni.

Kif tapplika​

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Kronoloġija

Sottomessjoni ta' Applikazzjoni

Iċċekkjar ta' Applikazzjoni

Ġurnata

Assessjar ta' Applikazzjoni

3 ijiem

Approvazzjoni ta' Applikazzjoni

3 ijiem

Provvista tas-Servizz

15 - il jum

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika