Applikazzjoni għall-Awtorizzazzjoni tal-Proġett skont S.L. 439.20 'Protezzjoni tal-Annimali użati għal skopijiet xjentifiċi'

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Din il-formola għandha timtela jekk hemm l-intenzjoni li jitwettaq studju jew riċerka li tinvolvi annimali ħajjin.

X’ser​ tingħata

L-Awtorizzazzjoni mid-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja u mill-Ministru sabiex titwettaq tali riċerka.

Eliġibbiltà​​

Kull persuna entitali biħsiebha twettaq riċerka li tinvolvi annimali ħajjin

Kif tapplika​

Imla l-formola u ibgħat id-dokumenti kollha meħtieġa (dettalji jinsabu fil-formola)

Kronoloġija

Sottomissjoni ta' Applikazzjoni

Iċċekkjar ta' Applikazzjoni

15 - il jum

Approvazzjoni tal-Applikazzjoni

Jumejn

Provvista tas-Servizz

5 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika