Ħarsa ġenerali
Konformi mal-Artikolu 20 tal-Att dwar l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, Kapitolu 582
X’ser tingħata
L-Awtorità għandha toħroġ liċenzja lil provditur ta’ servizz prospettiv jekk tkun sodisfatta li l-provditur ta’ servizz prospettiv.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Tikkonforma mal-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti mill-Awtorità
- Tikkonforma mal-istandards rilevanti għas-servizz ta’ wens soċjali propost u kull regolament magħmul taħtdan l-Att
- Ma jkunx jikser xi liġijiet oħra jew regolamenti applikabbli oħrajn
Kif tapplika
Meta aġenziji, entitajiet pubbliċi jew privati jew kull entità jew persuna oħra li tkun biħsiebha tipprovdi iktar minn servizz ta’ wens soċjali wieħed, jew tipprovdi l-istess servizz ta’ wens soċjali iżda minn aktar minn lok wieħed, għandha tressaq applikazzjoni separata għal kull servizz ta’ wens soċjali.
Niżżel u imla l-applikazzjoni korrispondenti u ibgħatha lill:
Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali
469, Institut Bugeia
Triq il-Kbira San Ġużepp
Santa Venera SVR 1012
Kronoloġija
Applikazzjoni Sottomessa
Ġurnata
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Ipproċessar u Analiżi ta' Liċenzja
14 - il jum
Applikazzjoni Kompluta
50 jum