Ħarsa ġenerali
L-għan tas-servizz Respite Residenzjali hu li jipprovdi ftit ġranet ta’ mistrieħ lill-persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom fid-dar (informal caregivers).
X’ser tingħata
Eliġibbiltà
Kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà:
- Anzjani li għandhom `l fuq minn 60 sena, li huma dipendenti u jgħixu f’residenza private
- Prijorità tingħata lill-anzjani li, minħabba li se jkun hemm nuqqas tal-persuni li jieħdu ħsiebhom (informal caregivers), ikunu sejrin jispiċċaw f’riskju
- Każijiet oħra jistgħu jiġu kkunsidrati skont il-mertu tal-każ
CommCare tara li kull applikant huwa suġġett għall-assessjar minn professjonisti fil-kura sabiex jiġi żgurat li s-servizz qed jiġi pprovdut lil dawk il-persuni li veru għandhom bżonnu.
Servizzi Estiżi ta’ Kura ta’ Respite – Ibbukkja l-Qagħda tiegħek f'Dar tal-Anzjani:
L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità issa qed toffri lill-klijenti eliġibbli l-flessibbiltà li jibbukkjaw huma stess sodda għal respite f’kull dar ta’ kura liċenzjata mill-OPSA. Dan is-servizz huwa disponibbli fi kwalunkwe ħin, mhux biss meta s-sodod tal-Gvern ikunu mimlija, u jippermetti lill-klijenti u lill-familji tagħhom jagħżlu skont il-post, il-fornitur tal-kura preferut jew il-bżonnijiet personali tagħhom.
Ladarba l-klijent jiġi approvat għall-kura ta’ respite, jista’ jorganizza r-respite tiegħu direttament u għandu jinforma bil-miktub lill-Respite Care Unit bl-isem tal-faċilità, id-dati tal-wasla u tal-ħruġ, u d-dettalji ta’ kuntatt tal-faċilità. Il-klijent jista’ jingħata rifużjoni ta’ sa massimu ta’ €72 kull lejl għall-ġranet approvati, sa massimu ta’ 63 jum fis-sena kalendarja. Il-klijenti huma responsabbli kompletament għall-ftehim u l-arranġamenti relatati mal-kura mal-faċilità magħżula.
Kif tapplika
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Rapport Mediku ffirmat mit-tabib tal-familja. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-Rapport Mediku
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Proċessar ta' Applikazzjoni
53 jum
Provvista tas-Servizz
Ġurnata