Ħarsa ġenerali
Il-warrant jipprovdi lill-applikant b’liċenzja biex jipprattika l-professjoni ta’ Perit f’Malta
X’ser tingħata
Eliġibbiltà
Perit Arkitett
Ikun irċieva taħriġ akkademiku f’Malta, tal-inqas fil-livell kif imfisser mir-regolament 13(e) tar-Regolamenti dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki Professjonali, f’università jew istituzzjoni li toffri tagħlim komparabbli, għal perjodu minimu ta’ ħames (5) snin full-time, jew l-ekwivalenti ta’ tliet mitt (300) ECTS u jkun temm b’suċċess l-eżamijiet finali f’livell universitarju, bl-arkitettura tkun il-qasam prinċipali ta’ studju.
Ikun irċieva taħriġ akkademiku f’Malta tal-inqas fil-livell kif imfisser mir-regolament 13(e) tar-Regolamenti dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki Professjonali, f’università jew f’istituzzjoni ta’ tagħlim komparabbli, għal perjodu minimu ta’ erba’ (4) snin full-time, jew l-ekwivalenti ta’ mitejn u erbgħin (240) ECTS, u jkun temm b’suċċess l-eżamijiet finali fil-livell universitarju, u ikun wettaq perjodu ta’ taħriġ prattiku professjonali formali għall-perjodu minimu ta’ sentejn (2) full-time.
Dawn iż-żewġ rotot jirrikjedu li jsir minimu ta’ sena (1) taħriġ prattiku professjonali formali.
Kandidat li jissodisfa r-rekwiżiti tal-artikolu 4(3)(a), li għandu d-dritt għat-titolu ta’ "Arkitett" skont l-Anness V jew l-Anness VI, u li jixtieq jistabbilixxi lilu nnifsu f’Malta, għandu awtomatikament jitqies bħala kwalifikat biex jiddaħħal fil-lista ta’ Perit Arkitett, dment li jissodisfa r-rekwiziti tal-artikolu 4(3)(ċ), (d) u (e).
Perit Inġinier Ċivili
Ikun irċieva taħriġ akkademiku f’Malta, tal-inqas fil-livell kif imfisser mir-regolament 13(e) tar-Regolamenti dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki Professjonali, f’università jew istituzzjoni li toffri tagħlim komparabbli, għal perjodu minimu ta’ ħames (5) snin full-time, jew l-ekwivalenti għal tliet mitt (300) ECTS u jkun temm b’suċċess l-eżamijiet finali f’livell universitarju, bl-inġinerija ċivili tkun il-qasam prinċipali ta’ studju.
Ikun irċieva taħriġ akkademiku f’Malta tal-inqas fil-livell kif imfisser mir-regolament 13(e) tar-Regolamenti dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki Professjonali, f’università jew f’istituzzjoni ta’ tagħlim komparabbli, għall-perjodu minimu ta’ erba’ (4) snin full-time, jew l-ekwivalenti ta’ mitejn u erbgħin (240), u ikun wettaq perjodu ta’ taħriġ formali professjonali għall-perjodu minimu ta’ sentejn (2) full-time.
Dawn iż-żewġ rotot jirrikjedu li jsir minimu ta’ sena (1) taħriġ prattiku professjonali formali.
Kandidat li jissodisfa r-rekwiżiti tal-artikolu 4(3)(a), li huwa kompletament kwalifikat bħala inġinier ċivili fl-Istat tal-oriġini tiegħu, fejn din il-professjoni hija regolata, u li jixtieq jistabbilixxi lilu nnifsu f’Malta, jista’ jitqies bħala kwalifikat biex jiddaħħal fil-lista ta’ Perit Inġinier Ċivili, dment li jissodisfa r-rekwiżiti tal-artikolu 4(3) (ċ), (d) u (e).
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
30 jum
Konsultazzjoni ma stat membru iehor
3 xhur
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
122 jum