Ħarsa ġenerali
Koppja tista’ tidħol f’att pubbliku fejn il-partijiet jiddikjaraw lilhom infushom bħala li jinsabu fi stat ta’ koabitazzjoni. L-att pubbliku jrid jiġi ffirmat quddiem Nutar Pubbliku u rreġistrat fit-Taqsima tar-Riċerki tar-Reġistru Pubbliku. Iċ-Ċertifikat ta’ Koabitazzjoni jista’ jiġi ordnat online jew jinġabar mir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta jew ir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex.
X’ser tingħata
Ċertifikat ta’ Koabitazzjoni.
Eliġibbiltà
Il-Pubbliku Ġenerali.
Kif tapplika
Ċertifikat ta’ Koabitazzjoni jista’ jiġi ordnat online jew jinġabar mill-Uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta jew mir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex. Ċertifikat ta’ Koabitazzjoni jiswa €9.95 jekk jiġi ordnat online jew €10.25 jekk jinġabar personalment mir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta jew mir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Valutazzjoni tal-Applikazzjoni
10 ijiem
Approvazzjoni tal-Applikazzjoni
9 ijiem