Ħatra ta’ Amministratur għall-Pensjonijiet u Benefiċċji (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ħamis 30 Lulju 2026

Ħarsa ġenerali

Il-ħatra ta’ amministratur mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tippermetti li individwu fdat jaġixxi f’isem benefiċjarju/a tas-sigurtà soċjali jew persuna taħt it-tmintax (18) sena, sakemm tiġi pprovduta dokumentazzjoni mitluba. L-amministratur jista’ jimmaġja affarijiet u interessi relatati mas-sigurtà soċjali tal-benefiċjarju/a, sabiex ikun żgurat il-bżonn u drittijiet ikunu protetti.

 

Ladarba l-Amministratur ikun irreġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, meta j/tattendi f’xi ċentru ta’ Servizz.gov, għandu/ha dejjem j/tippreżenta dokument ta’ identifikazzjoni validu, bħal Karta tal-Identità Maltija, Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport.

X’ser​ tingħata

Persuna fdata taġixxi f’isem persuna benefiċjarja tas-sigurtà soċjali li teħtieġ rappreżentanza.

L-obbligi ta’ din l-amministrazzjoni fir-rigward tal-affarijiet tas-sigurtà soċajli tal-benefiċjarju jinkludu:

 

  • Li jifhem il-bżonnijiet u l-preferenzi speċifiċi tal- benefiċjarju.

  • Li jaġixxi fl-aħjar interess tal-persuna b'diżabilità jew tal-minuri.

  • Li jieħu deċiżjonijiet li jippromwovu  l-benessri tal-benefiċjarju u jkunu allinjati mal-aħjar interess tiegħu.

  • Li jinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali dwar kwalunkwe tibdil fiċ-ċirkustanza tal-benefiċjarju.

Eliġibbiltà​​

Ħatra ta’ amministratur mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Malta tippermetti lil persuna fdata tirrappreżenta legalment persuna oħra jew minorenni taħt it-tmintax-il (18) sena fil-ġestjoni tal-affarijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom. Din il-ħatra hija suġġetta għal rekwiżiti legali, li jinkludu s-sottomissjoni ta’ wieħed mid-dokumenti li ġejjin: Prokura Ġenerali, Ordni ta’ Kustodja, jew Ittra ta’ Amministrazzjoni maħruġa bl-ordni tal-Qorti.

 

Waqt il-verifikazzjoni, id-dettalji tar-rappreżentant/a jiġu rrekordjati fuq is-Sistema tal-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali bħala amministratur għall-individwu.

 

Il-Portal Notarili jipprovdi punt ta’ konnessjoni pubbliku biex tkun tista’ tivverifika jekk mandat (prokura ġenerali) għadux attiv jew jekk ġiex itterminat. Il-portal jipprovdu ukoll lista aġġornata ta’ nutara prattikanti f’Malta.


Dokumentazzjoni Meħtieġa


Kopja valida u ċċertifikata ta’ wieħed minn dawn:

  • Prokura Ġenerali; jew

  • Ordni ta' Kustodja; jew

  • Ittra ta' Amministrazzjoni (Ordni tal-Qorti).

     

Jekk ikunu meħtieġa notifiki, il-benefiċjarju jew l-individwu li qed jitlob li jassumi r-rwol ta’ Amministratur għandu jipprovdi indirizz tal-email.

Kif tapplika​

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Kronoloġija

Applikazzjoni ġiet Sottomessa

0 ijiem

Applikazzjoni qed tiġi Proċessata

Ġurnata

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

14 - il jum

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika