Is-Super Settur Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali jkopri servizzi relatati mal-politika tal-impjiegi, id-drittijiet tal-ħaddiema, l-istandards fuq il-post tax-xogħol u r-relazzjonijiet bejn min iħaddem u l-impjegati. Dan jinkludi oqsma bħas-servizzi tal-impjiegi, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, ir-relazzjonijiet industrijali u tal-impjiegi, it-taħriġ, u d-djalogu soċjali. L-għan tiegħu huwa li jippromwovi kundizzjonijiet taxxogħol ġusti u siguri, jiżgura konformità mal-liġijiet taxxogħol, isaħħaħ relazzjonijiet pożittivi fuq il-post tax-xogħol u joffri appoġġ kemm lill-ħaddiema kif ukoll lil min iħaddem.