Paġna Ewlenija / Ikel u Riżorsi

Ikel u Riżorsi

Is‑Super Settur Ikel u Riżorsi jkopri servizzi relatati mal-produzzjoni, is‑sigurtà u l-immaniġġjar tar-riżorsi naturali u tas-sistemi tal-ikel fil-pajjiż. Dan jinkludi oqsma bħall-agrikoltura, l-iżvilupp rurali, il-protezzjoni tal-pjanti, is-sajd u l-akkwakultura, il-ġestjoni tal-ilma u l-iskart, kif ukoll il-benesseri tal-annimali u s-servizzi veterinarji. L-iskop tiegħu huwa li jiżgura sistemi tal-ikel sikuri, użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, u l-protezzjoni tal-annimali u l-ambjent.