Ħarsa ġenerali
Din hija l-applikazzjoni biex tixtri qabar f'xi ċimiterju tal-Gvern f'Malta u Għawdex.
X’ser tingħata
L-applikazzjonijiet imsemmija huma soġġetti għal kemm hemm oqbra disponibbli. Jekk l-oqbra mhumiex disponibbli, l-applikazzjoni titqiegħed f'lista ta' stennija sakem ikun hemm oqbra f'dak iċ-ċimiterju partikulari.
Eliġibbiltà
Persuni li għad m'għandhomx qabar f'ċimiterju tal-Gvern.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha lil:
Id-Direttorat ghas-Saħħa Ambjentali
Continental Business Centre, Level 1
Triq il-Ferrovija
Sta Venera SVR 9018
Kronoloġija
Sottomissjoni
Iċċekkjar
5 ijiem
Valutazzjoni
5 ijiem
Provvista tas-Servizz
5 ijiem