Ċertifikat tal-Kondotta ta' Malta

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ħamis 30 Lulju 2026

Ħarsa ġenerali

Kwalunkwe ċittadin jista' jikseb ċertifikat tal-kondotta billi 

 

  • jima l-formola elettronika mis-sit uffiċjali 

  • jiġi personalment fl-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali,18 Triq is-Suq, Floriana. Fil-jum tal-ġbir, l-applikanti għandhom personalment jippreżentaw dokument validu ta' identifikazzjoni.
     

F'każijiet fejn l-applikant mhux f'pożizzjoni li jiġbor iċ-ċertifikat personalment, tista' tiġi ppreżentata ittra t'awtorizzazzjoni ffirmata mill-applikant minn terza persuna.
Flimkien mal-formola t'awtorizzazzjoni mimlija, il-persuna li ser tiġbor iċ-ċertifikat tal-kondotta f'isem persuna oħra, trid tippreżenta:
 
  • kopja tal-karta tal-identità valida tal-applikant u
  • dokument tal-identità validu ta' min ser jiġbor iċ-ċertifikat
 
Għal applikanti Maltin li jgħixu barra minn Malta, il-parti terza trid tippreżenta ittra t'awtorizzazzjoni mingħand l-applikant. 
Flimkien mal-formola t'awtorizzazzjoni mimlija, il-persuna li ser tiġbor iċ-ċertifikat tal-kondotta f'isem persuna oħra, trid tippreżenta:
 
  • kopja tal-passaport validu tal-applikant 
  • dokument tal-identità jew passaport validu tal-persuna awtorizzata

X’ser​ tingħata

Ċertifikat tal-Kondotta ta' Malta

Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Provvista tas-Servizz

Ġurnata

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika