Pubblikazzjoni ta’ Tnidijiet taż-Żwieġ għall-finijiet tal-Artikolu 4.2(a) tal-Att tal-2014 dwar Unjoni Ċivili - RZ2

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Minn tliet xhur sa sitt ġimgħat qabel l-unjoni ċivili, il-konjuġi għandhom jiddikjaraw bil-ġurament jew jaffermaw b'mod solenni u jiffirmaw il-formoli RZ2 individwalment (għandhom jiġu ppreżentati żewġ formoli tal-RZ2 - waħda ffirmata minn kull parti) quddiem Kummissarju għall-Ġuramenti, fejn jikkonfermaw li m'hemm l-ebda impediment legali jew kwalunkwe kawża oħra legali għaliex l-unjoni ċivili tagħhom m'għandhiex isseħħ. Il-Kummissarju għall-Ġuramenti għandu jiffirma, jittimbra u jiddata ż-żewġ formoli RZ2. Il-formoli RZ2 għandhom jiġu sottomessi flimkien mal-formola RZ1.


Għal aktar informazzjoni agħfas hawn https://identita.gov.mt/marriage-registry/

X’ser​ tingħata

Konferma li m'hemm l-ebda raġuni sabiex l-unjoni ċivili ma sseħħx.

Eliġibbiltà​​

Koppji li jagħżlu li jiżżewġu b'unjoni ċivili

Kif tapplika​

Jekk jogħġbok irriserva appuntament ma' wieħed mill-Uffiċjali tar-Reġistru taż-Żwieġ billi tagħfas fuq din il- ħolqa, jew billi tibgħat email fuq pubreg.marriage.identita@gov.mt.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

14 - il jum

Provvista tas-Servizz

Ġurnata

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika