Ħarsa ġenerali
Trade unions u assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem jgħaddu minn bidliet organizzattivi minn żmien għal żmien, u jistgħu jkollhom bżonn ta' aġġornament fl-istatut. Dawn il-bidliet fl-istatut ikollhom bżonn jiġu rreġistrati mar-Reġistru tat-Trade Unions.
X’ser tingħata
Ċertifikat li jikkonferma bidliet fl-istatut.
Eliġibbiltà
Trade union jew assoċjazzjoni ta' min iħaddem li tixtieq temenda l-istatut eżistenti tagħha. It-tibdiliet parzjali fl-istatut għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet elenkati fl-Artiklu 50 tar-Regolamenti dwar it-Trade Union (L.S. 452.16).
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
21 jum
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata