Ħarsa ġenerali
Huwa d-dmir ta' kull min iħaddem u kull persuna li taħdem għal rasha li tagħmel, jew tiżgura li ssir, stima adatta, suffiċjenti u sistematika tar-riskji kollha ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol li jista' jkun hemm fuq il-post u r-riskji involuti li jirriżultaw li jirrigwardaw l-aspetti kollha tal-attività tax-xogħol. Dawn l-assessments għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u persuni li jaħdmu għal rashom li jkunu esposti għalihom waqt li jkunu qed jaħdmu, inklużi viżitaturi fuq il-post tax-xogħol, liema riskji joħorġu mill-konnessjoni max-xogħol li jkun qed isir, jew mit-tmexxija tal-impriża.
X’ser tingħata
Il-kors jgħin lil min iħaddem u dawk li jaħdmu għal rashom, bħala dawk responsabbli, u persuni oħra li għandhom interess fis-suġġett, biex jagħmlu stima tar-riskji u jimplimentaw ambjent sigur u san fuq il-post tax-xogħol.
Il-kors idum 16-il siegħa.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Il-ħlas ta' €110 għandu jsir pagabbli u jintbagħat lil:
L-Awtorità Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
17, Triq Edgar Ferro
Pietà PTA1533
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
4 ijiem