Ħarsa ġenerali
B'din il-formola tista' tapplika għal skill card sabiex il-ħiliet tal-ħaddiema fl-industrija tal-kostruzzjoni jiġu rikonoxxuti.
X’ser tingħata
Tingħata skill card ta' għarfien fil-ħiliet lill-ħaddiema tal-kostruzzjoni li hija rikonoxxuta fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Kull min ikollu din l-iskill card jiġi mniżżel fuq is-sit elettroniku uffiċjali tal-Building and Construction Authority (BCA) bħala riklam.
Eliġibbiltà
Kull ħaddiem fl-industrija tal-kostruzzjoni li għandu ċertifikat validu fis-saħħa u s-sigurtà, flimkien ma' ċertifikat tas-sengħa prattikata, jew ċertifikat formali maħruġ minn istituzzjoni akkreditata.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Iċċekkjar tal-Applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Provvista tas-Servizz
Ġurnata