Ħarsa ġenerali
Avviż li jrid jitniżżel, minn nutar, fuq il-wegħda ta' bejgħ ta' trasferiment ta' proprjetà immobbli jew kull dritt fuqha skont l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.
X’ser tingħata
Wegħda ta' bejgħ jew trasferiment ta' proprjetà immobbli ma tkunx valida jekk avviż bħal dan ma jingħatax lill-Kummissarju kif preskritt mil-Liġi.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Il-persuna trid tkun nutar reġistrat biex timla l-formola online u tissottometti.
Ehmeż ukoll:
i) Deskrizzjoni sħiħa tal-proprjetà immobbli u site plan fil-Land Registration Stationery ffirmata minn perit.
ii) Kopja awtentikata minn nutar jew avukat tal-wegħda ta' bejgħ jew ta' trasferiment ta' proprjetà immobbli.
Jistgħu jintużaw continuation sheets jekk ikun hemm bżonn.