Ħarsa ġenerali
Għotja ta' darba fuq xiri ta' strument mużikali.
X’ser tingħata
L-applikant jirċievi 15.25% tal-ispiża, sa massimu ta' €465.
Eliġibbiltà
L-applikant għandu jkun residenti f'Malta, u l-formola għandha tiġi sottomessa mhux aktar tard minn 3 xhur mid-data ta' meta jinxtara l-oġġett. L-irċevuti fiskali oriġinali/fatturi u dokumentazzjoni rilevanti għandhom jinżammu mill-applikant għal perjodu ta’ mhux anqas minn sentejn mid-data tal-applikazzjoni u jiġu preżentati lill-Kummissarju tat-Taxxa u ghad-Dwana.meta mitluba għal skop ta’ verifika. Il-pagament tal-għotja jiġi ddepożitat fil- kont bankarju indikat fuq l-applikazzjoni.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
3 ijiem