Ħarsa ġenerali
Ħadd ma jista' jopera lotterija mingħajr profitt mingħajr l-approvazzjoni tal-Awtorità dwar il-Logħob li tingħata skont ir-Regolamenti dwar Awtorizzazzjonijiet għal Logħob (Kap. 583.05 tal-Liġijiet ta' Malta). Organizzazzjonijiet mhux għall-profitt li jixtiequ li jagħmlu lotterija simili huma meħtieġa li jimlew din il-formola biex jiksbu l-permess meħtieġ.
X’ser tingħata
Wara li applikazzjoni tintlaqà b'suċċess, l-Awtorità dwar il-Logħob għandha toħroġ permess għall-operar ta' lotterija mingħajr profitt f'dati speċifiċi. Dan il-permess ma jeżentax lil min għandu l-permess milli jikseb kull permess ieħor li jista' jkun meħtieġ skont il-liġi tal-Pulizija jew liġijiet oħrajn
Eliġibbiltà
Rekwiżit meħtieġ ieħor speċifikat fil-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-qosor fil-formola tal-applikazzjoni jinkludi li l-ispiża biex wieħed jieħu sehem f'logħba mingħajr profitt m'għandhiex taqbeż ħames ewro (€5) għal kull parteċipant.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata