Ħarsa ġenerali
L-Awtorità dwar il-Logħob (MGA) tikkunsidra li r-Regolamenti dwar Awtorizazzjoni tal-Logħob (Kap. 583.05 tal-Liġijiet ta' Malta) jagħtu s-setgħa lill-MGA biex titlob lil kull persuna li tkun trid tikseb liċenzja għal logħob biex topera jew tippromovi jew tbigħ jew tgħin fil-logħob f'Malta jew minn Malta biex timla din il-formola.
X’ser tingħata
L-applikanti jistgħu japplikaw għal kull waħda minn dawn il-liċenzji:
i) Liċenzja għal-Servizz ta’ Logħob
ii) Liċenzja għal-Provvista ta’ Logħob Kritika
Wara li applikazzjoni għal logħob tintlaqa' b'suċċess, l-applikant tingħatalu liċenzja ta' 5 snin.
Eliġibbiltà
Wara li tkun irċeviet applikazzjoni u d-dokumenti meħtieġa, l-Awtorità dwar il-Logħob (MGA) tanalizza l-informazzjoni kollha permezz ta' process streams multipli interni biex tassigura li l-ipproċessar isir fil-ħin. L-eżamijiet ta' integrità fuq jekk l-applikant u l-persuni assoċjati miegħu humiex idonei, flimkien ma' evalwazzjoni tal-business plan u evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni statutorja u operattiva jsiru fl-istess ħin.
Ladarba l-analiżi msemmija hawn fuq titlesta b'suċċess, il-MGA tgħarraf lill-applikant li l-applikazzjoni ntlaqgħet u tistieden lill-applikant biex jimplimenta l-pjan f'ambjent tekniku bħala preparazzjoni biex tmur live. B'riżultat ta' dan, issir verifika tas-sistema, li tivverifika fejn se jsir l-ittestjar mal-applikazzjni proposta. Wara li l-verifika tas-sistema ssir u l-post fejn isir l-ittestjar jinstab li hu konformi mal-applikazzjoni proposta u tissodisfa l-kriterji tal-MGA, il-liċenzja tinħareġ.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
19 - il jum
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 xhur
Provvista tas-Servizz
5 ijiem