Ħarsa ġenerali
Aġenziji tar-reklutaġġ u kull min iħaddem mal-privat u jixtieq jimla post battal permezz ta’ Jobsplus, għandu jdaħħal profil għall-post vakanti.
Dan jista' jsir jew permezz tas-sit ta' Jobsplus, jew billi timla u tibgħat il-formola.
Informazzjoni ewlenija f’dan il-proċess tinkludi d-dettalji ta’ min iħaddem, id-deskrizzjoni tax-xogħol, u l-kwalifiki u l-ħiliet meħtieġa għar-rwol. Dawn id-dettalji huma essenzjali biex Jobsplus tqabbel il-kariga ma’ kandidati xierqa fuq ir-reġistri tagħha.
X’ser tingħata
Il-post vakant jiġi reklamat mingħajr ħlas fuq il-sit ta’ Jobsplus u fuq is-sit tal-EURES, sabiex it-tfittxija tiegħek tilħaq ukoll kandidati minn madwar l-Ewropa.
Min iħaddem jirċievi; lista ta’ kandidati prospettivi li l-profili tagħhom jaqblu mad-dettall tar-rwol, jew ittra elettronika f’każ li ma nstab ħadd bil-ħiliet meħtieġa.
Permezz tal-metodu virtwali fuq is-sit ta’ Jobsplus, wieħed jista' jqabbel kandidati xierqa direttament f'ħin reali, b’mod aktar mgħaġġel u effiċjenti.
Eliġibbiltà
Dan is-servizz huwa disponibbli għal Aġenziji ta’ Reklutaġġ u min iħaddem mal-privat.
Kif tapplika
Il-proċess tar-riklamar huwa faċli. Imla d-dettalji tal-post vakant permezz tas-sit ta' Jobsplus, jew imla u ibgħat il-formola.
Dokumenti meħtieġa
Dettalji tal-postijiet vakanti online jew il-Formola ta’ Profil mimlija.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata