Ħarsa ġenerali
L-organizzazzjonijiet ta' żgħażagħ u organizzazzjonijiet imexxija minn żgħażagħ li għandhom numru V.O. (Organizzazzjoni Volontarja) validu jistgħu jirreġistraw ma’ Aġenzija Żgħażagħ sabiex ikollhom aċċess għal varjetà ta’ opportunitajiet ta’ valur.
Billi jirreġistraw, l-organizzazzjonijiet jkunu eliġibbli għall-finanzjament, sessjonijiet ta’ taħriġ, avvenimenti ta’ netwerking, u qsim ta’ informazzjoni li jistgħu jtejbu b’mod sinifikattiv ix-xogħol u l-iżvilupp tagħhom.
Din l-inizjattiva hija mfassla biex tappoġġja l-organizzazzjonijiet fil-missjoni tagħhom li jħeġġu żgħażagħ, u jgħinuhom jiżviluppaw u jikbru fil-komunitajiet tagħhom.
X’ser tingħata
Organizzazjonijiet li jirreġistraw ma' Aġenzija Żgħażagħ jkollhom aċċess għall-benefiċċji li ġejjin:
• Prezzijiet mnaqqsa għall-użu ta' ċentri ta' attivitajiet għaż-żgħażagħ
• Ħlas ta' tagħmir b'depożitu rifużabbli sħiħ (Termini u kundizzjonijiet japplikaw)
• Pubbliċità b'xejn għall-attivitajiet fuq il-pjattaformi ta' media soċjali tagħna
• Eliġibbiltà biex tapplika għal għotjiet kompetittivi għall-finanzjament
• Aċċess għat-taħriġ ipprovdut jew organizzata minn Aġenzija Żgħażagħ
Eliġibbiltà
Organizzazzjonijiet iridu jkollhom numru V.O. validu biex ikunu eliġibbli għal reġistrazzjoni ma' Aġenzija Żgħażagħ.
Kif tapplika
Biex tapplika, trid timla l-formola tal-applikazzjoni online.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata