Riferiment għal Servizz ta' Ħidma Soċjali mis-Sapport

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 28 April 2026

Ħarsa ġenerali

Professjonisti jistgħu jirreferu persuni b’diżabilità lejn is-servizzi ta’ Aġenzija Sapport. L-ewwel kuntatt tal-klijenti għas-servizzi kollha tal-Aġenzija hu permezz tal-Intake Team tal-Aġenzija.

X’ser​ tingħata

 Issir telefonata inizjali segwita minn numru ta’ żjarat fid-dar mill-professjonisti tal-Intake Team. Dawn jagħmlu assessjar dwar is-sitwazzjoni kurrenti u jirreferu lill-persuna lejn is-servizzi li jkollha bżonn.

Eliġibbiltà​​

Persuni b'diżabilità u gwardjani/ġenituri ta’ tfal b'diżabilità, li għandhom età minn twelid sa 60 sena.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta' Applikazzjoni

Iċċekkjar ta' Applikazzjoni

3 ijiem

Valutazzjoni ta' Applikazzjoni

Xahrejn

Approvazzjoni ta' Applikazzjoni

3 ijiem

Provvista tas-Servizz

Xahrejn

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika