Ħarsa ġenerali
L-għan ta’ din l-iskema huwa li tipprovdi appoġġ u għajnuna finanzjarja lill-persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom biex jakkwistaw mezz ta' trasport adattati għall-bżonnijiet tagħhom.
X’ser tingħata
Il-Ministeru tal-Finanzi, fuq rakkomandazzjoni mill-Aġenzija Sapport, joħroġ eżenzjoni fuq it-Taxxa tar-Reġistrazzjoni fuq il-vetturi.
Eliġibbiltà
- Persuni b'diżabilità u gwardjani/ġenituri ta' persuni b'diżabilità.
F’każ li l-vettura tkun ġiet irreġistrata qabel jew waqt il-fażi tal-ipproċessar, din l-applikazzjoni tingħalaq. Dan ifisser li l-applikant jista’ japplika biss fuq l-Eżenzjoni mill-Ħlas tal-Liċenzja tat-Triq fuq il-vettura rreġistrata.
- Huwa importanti li l-vettura ma tinxtarax u ma tkunx ġiet reġistrata f’Malta qabel ma jgħaddi l-proċess kollu u tinħareġ l-Ittra ta’ Approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi u x-Xogħol.
- Il-vettura li tkun qed tinxtara ma tistax tkun diġà ġiet irreġistrata f’Malta minn qabel.
- Barra minn hekk, jekk l-individwu qed japplika għall-ewwel darba, jew jekk il-bżonnijiet tal-vettura nbidlu mill-applikazzjoni preċedenti, ikun hemm bżonn li jattendi għal appuntament ma’ Occupational Therapist għal assessjar.
- Jekk id-diżabilità tal-persuna bdiet fl-età ta’ 65 sena jew wara, hu/hi għandu jkun ix-xufier tal-vettura sabiex i/tkun j/tista’ j/tibbenefika mill-Eżenzjoni mit-Taxxa ta’ Reġistrazzjoni fuq il-Vettura. Madankollu, dan ma jgħoddx għal individwi li japplikaw fuq Vetturi Aċċessibbli għas-Siġġu tar-Roti.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Dokumentazzjoni meħtieġa:
- Kopja tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità
- Kopja tal-Liċenzja tas-Sewqan
Kopji tal-Karti tal-Identità rispettivi, f’każ li ġenituri (carers), jew membri tal-familja tal-ewwel grad ta’ parentela, jew il-konjuġi qegħdin japplikaw f’isem l-applikant, fejn applikabbli.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
15 - il jum
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Xahrejn