Benefiċċju tal-Enerġija (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Il-Benefiċċju tal-Enerġija huwa mmirat sabiex itaffi l-effett taż-żieda fl-infiq fuq il-kontijiet tad-Dawl u l-Ilma ta’ familji bi dħul baxx.

 

Wara s-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Benefiċċju tal-Enerġija, persuna tista’ tikkwalifika jew:

  • Bħala każ soċjali, jew

  • Permezz ta’ Test tal-Mezzi fuq id-Dħul.

X’ser​ tingħata

Persuna li tikkwalifika għal Benefiċċju ta’ l-Enerġija awtomatikament jew permezz ta' Test tal-Mezzi, dħul ma jaqbiżx  l-erbatax-il elf ewro (€14,000) għal persuna waħeda u  sittax-il elf u ħames mija  (€16,500) għall-koppja, tkun intitolata għal:

 

  • Ammont li jikkumpensa tletin fil-mija (30%) tal-konsum tal-elettriku qabel l-eko-reduzzjoni, sa massimu ta’ ħamsa u sebgħin ewro (€75) fis-sena għal kull persuna fid-dar, u

  • Jekk l-applikant jew il-konjuġi huma d-detentur tal-kont, ikunu intitolati għal sussidju ta’ mhux aktar minn ħamsa u sittin ewro (€65) kull sena fuq il-kera tal-arloġġ tad-dawl, u sussidju ta’ mhux aktar minn disgħa u ħamsin ewro (€59) kull sena fuq il-kera tal-arloġġ tal-ilma.
     

Barra minn hekk, applikant li għandu aktar minn sittin (60) sena u li jirċievi Benefiċċju tal-Enerġija jingħata wkoll erbgħin ewro (€40) fis-sena għal kull dar bħala Rifużjoni tal-Gass, pagabbli biss ma’ kontijiet attwali. Applikant li jkun taħt sittin (60) sena u li jirċievi il-Benefiċċju tal-Enerġija, jingħata tletin ewro (€30) kull sena għal kull dar bħala Rifużjoni tal-Gass.
 

Kemm il-Benefiċċju tal-Enerġija kif ukoll ir-Rifużjoni tal-Gass jitnaqqsu direttament mill-kont tad-Dawl u l-Ilma. L-ammont tal-Benefiċċju tal-Enerġija u Rifużjoni tal-Gass imnaqqas, jidher fid-dettall fit-tieni paġna tal-kont.
 

Dawk il-benefiċċjarji li huma eliġibbli għall-Benefiċċju tal-Enerġija u Rifużjoni tal-Gass iżda m’għandhomx il-kont tad-Dawl u l-Ilma fuq isimhom, jirċievu ittra mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bid-dettalji tal-Benefiċċju tal-Enerġija u Rifużjoni tal-Gass tagħhom. Din l-informazzjoni trid tiġi mqabbla mal-kont li jirċievi s-sid billi l-benefiċjarju jikkonferma li l-ammont tal-Benefiċċju tal-Enerġija u Rifużjoni tal-Gass imsemmi fuq l-ittra ġie mnaqqas fil-kont.

Eliġibbiltà​​

  • Persuna li tirċievi l-Benefiċċji / Assistenzi tas-Sigurtà Soċjali li ġejjin tikkwalifika għall-Benefiċċju tal-Enerġija:

    • Persuna li tirċievi Assistenza Soċjali, Assistenza għal Carers, Assistenza Miżjuda għal Carers, Allowance għal Ġenitur Waħdu mhux Miżżewweġ jew Assistenza għall-Qgħad.

    • Persuna li tirċievi Benefiċċju Speċjali tad-Diżimpjieg.

    • Persuna li tirċievi Pensjoni tal-Età.

  • Persuna li tirċievi l-Allowances / Assistenzi li ġejjin tikkwalifika permezz ta’ Test tal-Mezzi fuq id-Dħul:

    • Allowance għat-Tfal.

    • Allowance Supplimentari.

    • Assistenza għad-Diżabilità.

  • Biex jikkwalifika għall-Benefiċċju tal-Enerġija, id-dħul iddikjarat minn applikant m'għandux jeċċedi  erbatax il-elf, ewro (€14,000) għal persuna waħeda u sittax-il elf u ħames mija għall-koppja (€16,500) għas-Sena Bażi 2024.

  • Jekk id-detentur tal-kont tad-Dawl u l-Ilma jiġi nieqes, dawk li għadhom joqogħdu fl-istess dar, iridu jirrappurtaw il-mewt tal-benefiċjarju lil ARMS Ltd. Jekk tkun għadha eliġibbli, il-persuna li tkun għadha toqgħod fl-istess dar, trid tgħaddi d-dettalji tal-kont il-ġdid tad-Dawl u l-Ilma u  tad-detentur il-ġdid lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex jibqa’ jingħata l-benefiċċju.


Kull tibdil fiċ-ċirkostanza għandu jiġi rrappurtat immedjatament lid-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali). Jekk id-Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) ma jkunx infurmat dwar il-bidla fiċ-ċirkostanza, intitolament għall-benefiċċju jew parti minnu jista’ jintilef.


Dokumentazzjoni meħtieġa

  • M’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni għax id-dipartiment jagħmel il-verifiki tiegħu.

Kif tapplika​

 

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

7 ijiem

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

4 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika