Dritt li Tibqa' Inxurjat f'Malta - Formola A1 (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Id-dokument A1 jiċċertifika liema leġiżlazzjoni tas-Sigurtà Soċjali hija applikabli. Huwa meħtieġ f’sitwazzjonijiet fejn persuna impjegata jew li taħdem  għal rasha għandha konnessjoni permezz tal-attività tax-xogħol tagħha ma’ aktar minn pajjiż wieħed tal-Unjoni Ewropea (UE). Peress li skont ir-regoli tal-UE, persuna hija soġġett biss għal-leġiżlazzjoni ta’ pajjiż wieħed fl-istess perjodu, il-Formula A1 tispeċifika il-legislazzjoni applikabbli skond il-pajjiż.

 

Iċ-ċertifikat A1 jinħareġ mill-pajjiż, li l-leġiżlazzjoni tiegħu tapplika għalik u jikkonferma li m’intix soġġett għal-liġijiet tas-Sigurta Socjali ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li miegħu għandek konnessjoni . Dan ifisser, li ma jkollok l-ebda obbligu li tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, inkluża l-assigurazzjoni tas-saħħa, f'dawk il-pajjiżi l-oħra . Iċ-ċertifikat A1 jibqa’ validu sad-data ta’ skadenza kif indikata fuq id- dokument jew sakemm jiġi revokat mill-awtorità emittenti.

X’ser​ tingħata

Iċ-ċertifikat tal-A1 jikkonferma li int obbligat li tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f'Malta waqt li twettaq attività ta’ xogħol fi stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea (UE). Dan jassigura li inti ma tkunx suġġett għal-ħlas ta’assikurazzjoni f’iktar min pajjiż wieħed.

Eliġibbiltà​​

Kriterji i ta’ eliġibbiltà:

 

Int eliġibbli għad-dokument ta’ ċertifikazzjoni tal-A1 f’dawn iċ-ċirkustanzi:

 

  • Meta tiġi assenjat mill-imgħallem sabiex taħdem temporanjament f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea (UE) għal-perjodu massimu ta’ erbgħa u għoxrin (24) xahar. Dan jissejjaħ allokament. 

  • Meta normalment taħdem għal rasek f'pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) u tmur tagħmel attività simili f'pajjiż ieħor għal perjodu massimu ta' erbgħa u għoxrin (24) xahar.

  • Meta int  taħdem f'aktar minn pajjiż wieħed tal-Unjoni Ewropea (UE) fl-istess żmien jew f'perjodi konsekuttivi.

  • Meta tkun impjegat għal-rasek f'aktar minn pajjiż wieħed tal-Unjoni Ewropea (UE) fuq bażi ta’ rotazzjoni fl-istess perjodu.

  • Meta tkun impjegat taċ-ċivil u twettaq impjieg f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea (UE).

 

Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:

 

Kif tapplika​

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online. L-applikazzjoni tinsab biss bl-ingliż.

Kronoloġija

Sottomessi

Ġurnata

Ipproċessar

5 ijiem

Aċċettati/Miċħuda

Ġurnata

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika