Allowance għal Carer (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ħamis 25 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

L-Allowance għal Carer tista’ tingħata lil persuna waħedha, miżżewġa, f’unjoni ċivili jew tikkoabita li għandha aktar minn tmintax-il (18) sena u tkun qed tieħu ħsieb il-kura ta’ wieħed jew żewġ qraba  b’dipendenza baxxa, li jgħix/u fl-istess dar, fuq bażi full-time. Minn Jannar 2025, persuni li qed jieħdu ħsieb aktar minn pazjent wieħed, jistgħu japplikaw għall-Carer’s Allowance għaż-żewġ pazjenti billi jissottomettu applikazzjoni separatament flimkien mar-rapport mediku mimli minn Tabib għal kull pazjent, u jekk tkun approvata, tibda tirċievi żieda ta’ 50% fir-rata tal-pagament.

X’ser​ tingħata

l-Allowance għal Carer titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.

 

Jekk l-applikant għal Allowance għal Carer kien jaħdem qabel ma applika għal Allowance, huwa jista’ jkun intitolat għall-krediti tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.

 

Apparti krediti tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, benefiċjari li jkunu qed jirċievu Allowance għal Carer, jkunu jistgħu ukoll iħallsu kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali li jkunu neqsin mir-rekord kontributorja tas-Sigurta’ Soċjali tagħhom waqt li kienu carer. L-għan ta’ din l-iskema hu li jippermetti lill-applikanti, jew li jikkwalifikaw għall-pensjoni kontributorja, jew inkella biex itejbu ir-rata kurrenti jew prospettiva tal-pensjoni tagħhom. Ikklikkja hawn biex taqra aktar informazzjoni dwar din l-iskema.

 

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

  • Il-carer trid tkun qed tieħu ħsieb il-kura ta' qarib wieħed (1) jew tnejn (2) tal-familja waħdu (konjuġi jew tal-ġenitur tagħha; ħuha; oħtha; nannitha; zijuha; zijitha; missier jew omm tar-rispett jew ħuha jew oħtha tar-rispett) li jgħix fl-istess dar kif definit fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).

  • Il-carer għandu jkun taħt l-età tal-irtirar.

  • Jekk il-carer tkun laħqet l-età tal-irtirar tista tapplika għal dawn l-Allowances jekk tkun qed tieħu ħsieb fuq  bażi full-time u regolarment tal-ġenitur  tagħha,  ħuha, oħtha,  nannitha,  zijuha,  zijitha,  missier  jew  omm  tar-rispett jew ħuha jew oħtha tar-rispett u li tkun qiegħda tgħix fl-istess dar ta’ abitazzjoni ta’ dik il-persuna li tkun carer tagħha. F’dawn il-każijiet, il-carer tiġi medikament assessjata mill-bord multi-dixxiplinarju u trid toqgħod għall-iskrutinju tal-bord mediku fuq bażi regolari kull sena.

  • Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) japplikaw "Drittijiet Duplikati", fejn benefiċjarju ma jistax jirċievi żewġ pensjonijiet; benefiċċji; assistenza jew allowance fl-istess ħin, iżda l-aħjar rata ta’ pensjoni; benefiċċju; assistenza jew allowance.

  • L-applikazzjoni għal Allowance għal Carer mhux soġġetta għal Test tal-Mezzi.

  • Bord Multi Dixxiplinarju jiddeċiedi jekk il-każ in kwistjoni jaqax fil-parametri mediċi għal ħlas ta’ din l-allowance wara valutazzjoni tal-Indiċi Barthel jew l-Eżami tal-Istat Mini-Mentali.

  • Jekk il-pazjent ikollu ħamsa u tmenin (85) sena jew aktar, il-carer tingħata awtomatikament l-Allowance għal Carer Miżjuda jekk jiġi stabbilit li l-carer hija verament tieħu ħsieb il-pazjent.

  • Jekk il-carer jkun impjegat qabel ma japplika għal Allowance għal Carer, għandu d-dritt għall-krediti tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali jekk ikun:

     

    o    ħallas total ta’ mija u sitta u ħamsin (156) kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali; u

     

    o    ħallas jew ġie akkreditat b'medja ta’ mill-inqas ħmistax-il (15) kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali kull sena minn meta kiseb it-tmintax-il (18) sena tiegħu.

  • Persuni singoli li jkunu jgħixu għal rashom fuq l-assistenza soċjali u jmorru jgħixu ma qarib anzjan/a biex jieħdu ħsiebu/ha, jekk jikkwalifikaw għal Allowance għal Carer, sa llum ikollhom tnaqqis fid-dħul tagħhom.  Mill-1 ta’ Jannar 2023, dawn il-persuni xorta jibqgħu jirċievu l-istess ammont ta’ benefiċċju li kienu jirċievu qabel.


Dokumentazzjoni meħtieġa

 

Kif tapplika​

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Proċessar ta' Applikazzjoni

30 jum

Applikazzjoni Aċċettata / Rifjutata

Ġurnata

Provvista tas-Servizz

20 jum

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika