Assistenza dwar il-Lebbra (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

L-Għajnuna dwar il-Lebbra tingħata lil persuna li tbati mill-Marda tal-Lebbra jew il-Marda ta’ Hansen, jew li għandha membru tal-familja u li jgħix fl-istess dar u li qed isofri minn waħda minn dawn il-mardiet.

X’ser​ tingħata

L-Għotja dwar il-Lebbra titħallas indefinittivament sakemm l-applikant ma jattendix għat-trattament mediku jew jiddaħħal l-isptar.


L-Għajnuna dwar il-Lebbra titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.

 

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

 

Eliġibbiltà​​

  • L-applikant jew xi membru tal-familja li jgħix fl-istess dar u li qed isoffri mill-Marda tal-Lebbra jew il-Marda ta’ Hansen.

  • Din l-għotja ma teħtieġx it-test tal-meżżi għalhekk jistgħu japplikaw applikanti li huma impjegati.
     

  • Dokumentazzjoni Neċessarji
    Rapport tat-Tabib – Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument li jrid jiġi ffirmat u ttimbrat minn tabib mediku jew speċjalista kuranti.

Kif tapplika​

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

8 ijiem

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

5 ijiem

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Xahar

Provvista tas-Servizz

Xahar u nofs

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika