Ħarsa ġenerali
L-Għajnuna dwar it-Tuberkulosi tingħata lil persuna li tbati bil-marda tat-Tuberkulosi jew bil-marda ta’ Koch, jew li għandha membru tal-familja u li jgħix fl-istess dar u qed isofri minn waħda minn dawn il-mardiet.
X’ser tingħata
L-applikant jew xi membru tal-familja u li jgħix fl-istess dar u qed isofri bil-marda tat-Tuberkulosi jew il-marda ta’ Koch.
Din l-għotja ma teħtieġx it-test tal-meżżi, għalhekk tista’ tapplika persuna li hija f’impjieg.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
L-applikant jew xi membru tal-familja u li jgħix fl-istess dar u qed isofri bil-marda tat-Tuberkulosi jew il-marda ta’ Koch.
Din l-għotja ma teħtieġx it-test tal-meżżi, għalhekk tista’ tapplika persuna li hija f’impjieg.
Dokumenti Neċessarji
Rapport tat-Tabib – Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument li jrid jiġi ffirmat u ttimbrat minn tabib.
Kif tapplika
Meta d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jircevi applikazzjoni, din tiġi rreferuta lill-Ispeċjalista fil-Klinika tat-Tuberkulosi tad-Dipartiment tas-Saħħa għall-konferma tal-marda tat-Tuberkulosi jew il-Marda ta’ Koch, u biex tinkiseb id-data tal-bidu/tmiem tat-trattament.
Id-Dipartiment tas-Saħħa jiddetermina jekk il-pazjent għandux bżonn xi X-Rays minħabba l-marda.
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
8 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahar
Provvista tas-Servizz
Xahar u nofs