Ħarsa ġenerali
Individwi li jeħtieġu Liċenzja Nawtika ġdida, tiġdid tal-liċenzja, jew ħruġ mill-ġdid ta’ Liċenzja Nawtika.
X’ser tingħata
Liċenzja Nawtika Maltija maħruġa taħt il-Liġijiet ta’ Malta għal bastimenti taħt tul “LOA” ta’ 24m.
Eliġibbiltà
L-applikant jeħtieġ li jkun lesta u poġġa għall-eżami relevanti jew ikun f’pussess ta’ kwalifika Marittima ta’ livell ekwivalenti jew ogħla, ikun għalaq 18-il sena, u jkollu indirizz residenti f’Malta.
Kont tal-eID huwa neċċessarju sabiex timtela il-formola onlajn.
Kif tapplika
Agħfas hawn sabiex taċċessa l-formola onlajn.
Dokumenti meħtieġa
Id-dokumenti li jeħtieġu jiġu mehmuża mal-formola onlajn huma dawn:
- Ritratt riċenti tal-passaport bil-kulur (Miġbud b’mod awtomatiku mill-eID).
Liċenzja Nawtika Ġdida
- Ċertifikat mediku mimli minn tabib approvat.
- Ċertifikat komplut iffirmat mill-eżaminatur.
Tiġdid ta’ Liċenzja Nawtika
- Ċertifikat mediku mimli minn “GP” approvat.
- Kopja tal-Liċenzja Nawtika skaduta (jew se tiskadi).
Ħruġ mill-ġdid ta’ Liċenzja Nawtika
- F’każ ta’ liċenzja mitlufa jew misruqa, rapport tal-pulizija jew affidavit iffirmat huwa meħtieġ.
- F’każ ta’ liċenzja bi ħsara, il-liċenzja l-oriġinali teħtieġ li tiġi rritornata.
- F’ każ ta’ tibdil ta’ dettalji, prova tal- identità aġġornata teħtieġ li tkun preżentata.
Kronoloġija
Sottomissjoni
Verifika tal-Applikazzjoni
3 ijiem
Pagament
Ġurnata
Provvista ta’ Servizz
3 ijiem