Ħarsa ġenerali
Individwi, kumpaniji jew entitatjiet interessati biex jorganizzaw attivitajiet marittimi mal-portijiet, ilmijiet interni u territorjali ta' Malta, għandhom japplikaw billi jimlew din il-formola ta' applikazzjoni.
X’ser tingħata
Ittra ta' ebda oġġezzjoni.
Eliġibbiltà
L-applikanti għandhom ikunu għalqu t-18-il sena, ikunu ċittadini Maltin jew ċittadini ta' stat membru tal-UE, ikollhom indirizz permanenti f'Malta, u jkollhom permess applikabbli jew awtorizzazzjoni, li tkun tappartjeni għall-attività li tkun qed tiġi organizzata mill-entitajiet tal-Gvern jew imsieħba soċjali.
L-applikanti għandhom ikunu kapaċi juru li huma infurmati biżżejjed dwar l-attività u l-impatti riżultanti tal-attività, u juru li għandhom ir-riżorsi meħtieġa, inkluż persunal u tagħmir kompetenti biex itaffu l-impatti riżultanti.

Kif tapplika
Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:
Id-Direttorat għall-Portijiet u l-Yachting Triq Pantar
Lija LJA 2021
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu minn tal-anqas 15-il ġurnata qabel l-attività fuq il-baħar.
Flimkien ma':
i) Kopja tal-Karta tal-Identità jew passaport tal-persuna responsabbli mill-attività
ii) Polza ta' assigurazzjini li tkopri l-attività
iii) Mappa li tispeċifika l-kordinati u ż-żona mmarkata fejn għandha tinżamm l-attività, flimkien ma' kull dokument ieħor kif imniżżel fil-formola tal-applikazzjoni.

Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata