Taxi - Tag tas-Sewwieqa tat-Trasport Pubbliku

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Din il-formola tintuża meta sewwieq ikollu ħsieb li jaħdem bħala xufier ta' vetturi għal kiri jew kumpens.

Għal aktar tagħrif: Taxis and Electric Mini Cabs - Transport Malta

X’ser​ tingħata

Permess u Tag ghal sewwieq tat-Taxi.

Eliġibbiltà​​

Dawk li għandhom liċenzja tas-sewqan tal-Kategorija B, u għandhom 19-il sena jew fuqhom.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola flimkien ma’:
 

i) Ċertifikat ta’ attendenza għal Kors ta’ Customer Care
ii) Ċertifikat tal-kondotta mill-Pulizija. 
iii) Kopja tal-karta tal-identità. 
iv) Ħlas ta’ €22. 

Dan li ġej japplika biss għal min ma kellu l-ebda permess tax-xufier tat-taxi fl-1 ta' Novembru 2010:

v) Ċertifikat ta' Sewwieq tat-Taxi u Għarfien taż-Żoni (Ċertifikat TDAKC) 
vi) Log ta' 40 siegħa ta' taħriġ on-the-road
vii) Ċertifikat ta' attendenza għal Fornitur ta' Taħriġ Awtorizzat (46 siegħa). 
viii) Ċertifikat tat-Test tat-Teorija tax-Xufier tat-Taxi
ix) Taxi Driver Practical Test Pass Report
 

Land Transport Directorate - Paola
A3 Towers, Triq l-Arkata, Paola
PLA1212
Malta

 

Land Transport Office - Gozo

Tiġrija Palazz, Triq Taħt Putirjal, Ir-Rabat Għawdex
VCT1010
Gozo
 

Ħinijiet ta' kuntatt - Contact - Transport Malta

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

15 - il jum

Provvista tas-Servizz

20 jum

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika