Formola ta' Revoka ta' Irrevocable De-Registration and Export Request Authorisation

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Qabel ma ssir bidla ta' sid irreġistrat ta' ajruplan li kontra tiegħu tkun irreġistrata talba għal Tneħħija ta’ Reġistrazzjoni Irrevokabbli u Awtorizzazzjoni ta’ Talba għal Esportazzjoni (IDERA), is-sid irreġistrat għandu jagħmel arranġamenti biex l-IDERA tiġi revokata. IDERA ġdida tista' tintbagħat mis-sid irreġistrat tal-ajruplan minnufih wara l-bidla tas-sid irreġistrat tal-ajruplan.

X’ser​ tingħata

Revoka.

Eliġibbiltà​​

Aircraft owners.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

Id-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili
Triq Pantar
Lija LJA 2021

Dokument meħtieġ:
i) Tneħħija ta’ reġistrazzjoni irrevokabbli oriġinali u awtorizzazzjoni għal talba għal esportazzjoni kif mogħtija t-timbru mill-Awtorità u mibgħuta lura lill-parti awtorizzata jew l-aġent tagħha.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

3 ijiem

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Provvista tas-Servizz

Ġurnata

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika