Ħarsa ġenerali
Boat Dealers awtorizzati huma eżenti milli jħallsu drittijiet ta' reġistrazzjoni sakemm jasal il-ħin li jerġgħu jbigħu l-opra tal-baħar. Ir-reġistrazzjoni tkun sospiża sakemm terġa' tinbiegħ.
X’ser tingħata
Dealers tad-dgħajjes awtorizzati jistgħu jiġu eżentati milli jħallsu l-miżata tat-tiġdid tar-reġistrazzjoni għat-tul taż-żmien li jibqa' fil-pussess tiegħu, sakemm dan jerġa' jinbiegħ.
Eliġibbiltà
Boat dealers awtorizzati li jitolbu sospensjoni tar-reġistrazzjoni mill-ġdid ta' biċċa tal-baħar fil-pussess tagħhom.
Kif tapplika
Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:
Reġistru għal Bastimenti Żgħar
Id-Direttorat għall-Portijiet u l-Yachting
L-Awtorità ta' Malta dwar it-Trasport
Triq Pantar
Lija LJA 2021
Flimkien ma':
i) Kopja tal-liċenzja tal-kummerċ.
ii) Kopja tal-Memorandum tal-Assoċjazzjoni.
iii) Prokura li tikkonferma l-firmatarju.
iv) Dan il-permess jiġġedded kull sena billi jippreżenta lir-Reġistru ta’ Bastimenti Żgħar tiġdid ta’ liċenzja tal-kummerċ flimkien ma’ ċertifikat permanenti tajjeb fil-każ ta’ kumpanija.

Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Provvista tas-Servizz
5 ijiem