Ħarsa ġenerali
Ladarba tingħata privattiva Ewropea mill-Uffiċċju tal-Privattivi Ewropej (EPO), is-sid jista' jagħżel il-pajjiżi fejn jivvalida il-privattiva. Din il-formola tintuża biss meta l-Privattiva Ewropea titfassal fil-lingwa Franċiża jew Ġermaniża, u l-applikant għalhekk ikun meħtieġ li jipprovdi traduzzjoni bl-Ingliż tad-dokumenti tal-privattiva.
X’ser tingħata
Permezz tal-applikazzjoni tal-validazzjoni, is-sid tal-privattiva se jkun qed jikseb protezzjoni f'Malta
Eliġibbiltà
L-applikant għandu jkollu fil-pussess tiegħu l-għotja tal-privattiva Ewropea maħruġa mill-EPO.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
4 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahar
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata