Ħarsa ġenerali
Il-formola għandha timtela minn kull detentur tal-Marketing Authorisation (MAHs) jew l-aġenti rappreżentattivi lokali tagħhom, meta jagħmlu talba għal prodotti ġodda farmaċewtiċi biex jiġu kkunsidrati biex jiddaħħlu fil-formolarju tal-Gvern. Din il-formola trid timtela wkoll għal dawk l-oġġetti li diġà huma disponibbli fuq il-formolarju iżda li għalihom qed tiġi kkunsidrata indikazzjoni ġdida. Il-prodotti kollha għandhom ikunu lliċenzjati biex jintużaw fis-suq Malti u l-indikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-proċedura ta' intitolament għall-mediċini bla ħlas li hemm fis-seħħ bħal issa.
X’ser tingħata
Jekk it-talba tal-inklużjoni ta' mediċina ġdida jew indikazzjoni fuq il-formolarju tiġi aċċettata, il-pazjenti jgawdu minn kura bla ħlas.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika
L-Isptar San Luqa
Pietà
Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Provvista tas-Servizz
Xahar