Ħarsa ġenerali
Benefiċjarji ta’ Assistenza Soċjali li jibdew jaħdmu bi qligħ bħala persuni li jħaddmu lilhom infushom, jistgħu jagħżlu l-iskema ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju jekk jaqilgħu tal-inqas il-paga minima nazzjonali jew aktar, u jekk ikunu rċevew Assistenza Soċjali jew Għajnuna tal-Qgħad għal mill-inqas sena f’dawn l-aħħar tliet (3) snin.
X’ser tingħata
Ir-rata tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju mogħtija hija persentaġġ ta’ l-aħħar rata ta’ Benefiċċju Soċjali mogħti bl-esklużjoni ta’ bonuses:
75% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena.
55% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena.
35% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena.
Il-benefiċjarji jitħallsu bil-quddiem kull erba’ (4) ġimgħat.
Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima għall-intitolament tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Persuna li bdiet taħdem f’impjieg full-time bħala persuna li taħdem għaliha nnifisha u li taqla’ mhux inqas mill-paga minima nazzjonali, u li kienet qed tirċievi benefiċċju mhux kontributorju għal perjodu ta’ sena (1) f’dawn l-aħħar tliet (3) snin.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
M’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni speċifika, imma fl-applikazzjoni l-applikant/a j/trid j/tipprovdi n-numru tal-VAT u d-data minn meta se jinbeda x-xogħol.
Kif tapplika
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Provvista tas-Servizz
16 - il jum