Ħarsa ġenerali
Iċ-Ċentru Ħajja Indipendenti Sonia Tanti (STILC) joffri appoġġ, informazzjoni u gwida lill-persuni b’diżabilità u lill-familji tagħhom biex jgħixu ħajja indipendenti fil-komunità. Occupational Therapists u Fiżjoterapisti joffru assessjar professjonali sabiex il-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jiksbu, iżommu jew jiksbu mill-ġdid l-indipendenza tagħhom permezz ta’ apparat li jgħin fil-mobilità, apparat assistiv, siġġijiet tar-roti, soluzzjonijiet għas-seating, u adattamenti tal-karozzi.
X’ser tingħata
Is-servizzi ta’ STILC huma maqsuma fi tlett taqsimiet:
• Assessjar għall-użu tas-siġġu tar-roti u għas-seating - il-klijenti jiġu assessjati minn Occupational Therapists u Fiżjoterapisti li jagħtuhom pariri personalizzati u jgħinuhom jagħżlu s-soluzzjoni t-tajba għall-ħtiġijiet tagħhom minn diversi siġġijiet tar-roti
• Assessjar tas-sewqan - Occupational Therapists jevalwaw il-ħila tal-klijenti li jsuqu billi jużaw simulatur tas-sewqan
• Simulazzjonijiet tas-sewqan – lezzjonijiet tas-sewqan fuq vetturi modifikati huma offruti lil persuni b'diżabilità, wara assessjar tas-sewqan mill-Occupational Therapists.
Eliġibbiltà
Persuni b’diżabilità.
Kif tapplika
Imla l-formola online u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
3 ijiem