Liċenzja Ambjentali għal Materjal Likwidu li Fih Komposti Volatili Organiċi

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi tirregola l-impatti ambjentali tal-intrapriżi li jagħmlu użu minn solventi li fihom Komposti Volatili Organiċi. Għaldaqstant installazzjonijiet industrijali u faċilitajiet għall-immaniġjar ta' skart jirrikjedu permess tal-operat mingħand l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) bħala r-regolatur.

X’ser​ tingħata

L-operazzjonijiet fuq is-sit li jagħmel użu minn solventi li fihom Komposti Volatili Organiċi jiġu mogħtija permess sabiex is-sit ikun konformi mal-liġijiet ambjentali applikabbli, u għaldaqstant l-impatt fuq l-ambjent jiġi llimitat u kkontrollat.

Eliġibbiltà​​

Individwi jew kumpaniji lokali u barranin li joperaw installazjonijiet f' Malta jew Għawdex u jagħmlu użu minn solventi li fihom Komposti Volatili Organiċi kif deskritt hawn .

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

Qabel tagħfas fuq il-buttuna li tissottometti, ġentilment kun żgur li l-formoli addizzjonali rilevanti kollha ġew mehmuża, inkluż il-kopja skenjata ffirmata tal-paġna li fiha hemm id-dikjarazzjoni tal-applikant.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

3 xhur u nofs

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

5 xhur

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Xahar

Provvista tas-Servizz

Xahar

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika