Reġistrazzjoni ta’ Braken għall-Ġarr tal-Iskart

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Jekk barkun jintuża sabiex jinġarr kwalunkwe tip ta' skart, jeħtieġ li jkun irreġistrat mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).

X’ser​ tingħata

Suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità u/jew kundizzjonijiet, il-barkun jiġi rreġistrat sabiex ikun jista' jġorr skart għal perjodu ta' sena, u jingħata aċċess lis-siti tal-immaniġġjar tal-iskart.

Eliġibbiltà​​

Individwi jew kumpaniji lokali u barranin.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

Qabel tagħfas fuq il-buttuna li tissottometti, ġentilment kun żgur li l-formoli addizzjonali rilevanti kollha ġew mehmuża, inkluż il-kopja skenjata ffirmata tal-paġna li fiha hemm id-dikjarazzjoni tal-applikant.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

9 ijiem

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

Jumejn

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

3 ijiem

Provvista tas-Servizz

Ġurnata

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika