Ħarsa ġenerali
L-applikazzjoni għandha timtela biex tingħata liċenzja maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija lill-persuna li qed tippromwovi, jew li tkun bi ħsiebha tippromwovi ġabra f'xi lokalità għal għan ta' karità jew għal għan approvat mill-Ministru responsabbli għall-Pulizija.
Meta l-applikant imur biex jiġbor il-liċenzja, għandu jipproduċi dokument validu ta' identifikazzjoni bħal passaport jew karta tal-identità.
Il-liċenzja tingħata jekk kemm-il darba l-ħtiġijiet li jinsabu fl-Att 279 dwar Ġbir Pubbliku jkunu mħarsa.
L-applikazzjonijiet li għandhom jinkludu t-tagħrif kif jidher fuq il-formola murija fl-Ewwel Skeda tal-Att relatat, trid tkun iffirmata minn tal-anqas tliet individwi.
X’ser tingħata
Liċenzja li tawtorizza persuna li tippromwovi ġbir.
Eliġibbiltà
Persuni li jissodisfaw il-ħtiġijet tal-Att relatat.
Kif tapplika
Imla l-formola online, ipprintjaha u ffirmaha.
Il-formola tista' tintbagħat b'imejl fuq secretariat.police@gov.mt.
Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa online minħabba r-rekwiżit ta’ firma oriġinali.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata