Ħarsa ġenerali
L-iskop ta’ din l-iskema huwa biex isservi ta’ inċentiv għal dawk il-persuni li jixtiequ jitħarġu iżda m’għandhom lil ħadd li jista’ jieħu ħsieb lit-tfal tagħhom.
X’ser tingħata
Sussidju ta' €4.50 għal tfal ta' sena u €4.30 għal tfal ta' bejn sena u tliet snin għal kull siegħa li tifel jew tifla jattendu Childcare Centre reġistrat, u li matulhom l-applikant (il-ġenitur jew protettur legali) ikun qed jattendi kors offrut minn Jobsplus. Is-sussidju jkopri wkoll siegħa qabel jibda l-kors u siegħa wara li jispiċċa l-kors. Dan biex jagħmel tajjeb għal ħin li wieħed jieħu biex isuq miċ-Childcare Centre għal Ħal Far u viċe versa.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Imla l-formola, ipprintjaha, iffirmaha, u ibgħatha lil:
Attn! Mariella Vella
Jobsplus
Training Complex
Head Office
Ħal Far BBĠ 3000
L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bl-email lil training.jobsplus@gov.mt
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
20 jum