Ħarsa ġenerali
Meta bħala konsumatur ma jirnexxilekx issolvi l-ilment tiegħek b’mod amikevoli mal-bejjiegħ u għalhekk ikollok bżonn l-assistenza tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, għandek tiftaħ ilment mal-Uffiċċju billi timla l-formola tal-ilmenti. Din il-formola tirrikjedi li tagħti d-dettalji personali tal-applikant, id-dettalji tal-bejjiegħ li għandek l-ilment miegħu, informazzjoni fuq it-tip ta’ prodott jew servizz mixtri, kif ukoll deskrizzjoni qasira tal-problema li għandek. Flimkien ma’ din il-formola, għandek tehmeż kopja tad-dokumenti kollha relatati mal-każ.
X’ser tingħata
Ġialadarba timla’ u tibgħat il-formola tal-ilment lill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur ġewwa l-MCCAA, l-ilment jiġi evalwat u jekk ikun hemm bażi legali u jaqa’ taħt ir-remissjoni tal-Awtorità, il-każ jiġi assenjat lil wieħed mill-uffiċjali sabiex issir il-konċiljazzjoni bejnek u l-bejjiegħ, bil-għan li jintlaħaq qbil amikevoli. Dan il-proċess jista’ jieħu sa 15-il ġurnata ta’ xogħol.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Persuna tista' wkoll tipprintja l-formola u tibgħatha bil-posta lid - :
Direttur tal-Ilment u r-Rikonċiljazzjoni
Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur
Mizzi House
Triq Nazzjonali
Blata l-Bajda ĦMR 9010
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
15 - il jum
Provvista tas-Servizz
3 ijiem