Ħarsa ġenerali
Talba għal trasferiment b'titlu ta' emfittwit temporanju fit-termini tal-Artikolu 31 (g) (C) tal-Kapitolu 573 tal-Liġijiet ta' Malta.
X’ser tingħata
Il-benefiċjarju jista’ jingħata propjeta’ tal-Gvern għall-50 sena ċens temporanju
għall-skop ta’ proġett industrijali sinifikanti
għall-skop ta’proġett umanitarju, filantropiku, kulturali jew skopijiet soċjali
għal irziezet lir-raħħala liċenzjati u reġistrati għat-trobbija tal-bhejjem.
Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.
Eliġibbiltà
Kull persuna interessata li takkwista art/proprjetà tal-Gvern għal skopijiet residenzjali, offruta permezz ta' avviż pubbliku.
Kull persuna jew organizzazzjoni interessata li takkwista art/proprjetà tal-Gvern għal proġett industrijali. L-applikant għandu jissodisfa lill-Awtorità tal-Artijiet għall-benefiċċju tal-proġett għall-ekonomija ta' Malta u jispeċifika n-numru ta' impjiegi li se joħloq il-proġett.
Kull bidwi liċenzjat u/jew rreġistrat, f'liema każ l-art tal-Gvern/proprjetà tingħata għal perjodu ta' 50 sena.
Kull persuna jew organizzazzjoni li titlob art/proprjetà tal-Gvern tintuża għal raġunijiet umanitarji, filantropiċi, kulturali jew soċjali.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
15 - il jum
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahar
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahar