Ħarsa ġenerali
Applikazzjoni biex jingħata Permess ta’ Encroachment fuq art/proprjetà tal-Gvern.
X’ser tingħata
Benefiċjarju jista’ jingħata permess għall-encroachment fuq art tal-Gvern. Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.
Eliġibbiltà
Kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni interessata li tingħata art/proprjetà tal-Gvern b’Encroachment. Il-formola tapplika għaż-żewġ istanzi fejn (i) persuna / organizzazzjoni teħtieġ kunsens (l-ebda oġġezzjoni bi prinċipju), biex tissottometti Applikazzjoni ta’ Ppjanar għall-Iżvilupp mal-Awtorità tal-Ippjanar, skont l-Artikolu 71(4) tal-Kapitolu 552 tal-Liġijiet ta’ Malta; u (ii) persuna / organizzazzjoni li se tingħata permess ta’ encroachment mill-Awtorità tal-Artijiet wara l-ħruġ tal-Permess tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn